MediaWiki:Optin-improvements/mt

From translatewiki.net

!!FUZZY!!== X'ġie mtejjeb ==

Tisħiħ tan-navigazzjoni

Is-sistema ġdida ta' navigazzjoni tagħmilha aktar faċli għalik biex tkun taf fejn int u x'qiegħed tagħmel, u kif ukoll fejn tista' tmur u kif tista' tmur. Bil-kaxxa tat-tfittxija pożizzjonata fuq il-lemin tan-naħa ta' fuq tal-paġna, il-funzjoni tat-tfittxija hi aktar faċli biex issibha u aktar veloċi biex tużaha.

Titjib fil-kaxxa tal-għodda

L-ikoni ġodda u mtejba jagħmluha aktar evidenti x'azzjonijiet li kull għodda tesegwixxi. Is-sezzjonijiet espandibbli jnaqqsu iktar il-konfużjoni li tista' tinħoloq bil-ħafna għodda waqt li l-għodda l-aktar użati jibqgħu biss għafsa 'l bogħod. Is-sezzjoni tal-għajnuna tipprovdi aċċess istantanju għal referenza tas-sintassi komuni tal-wiki.

Kif tgħin

Biex titgħallem iktar fuq dan il-proġett jew tagħti l-għajnuna tiegħek, żur l-wiki tal-Inizzjattiva ta' Użu. Hemmhekk, inti tista' ssib informazzjoni fuq is-sovvenzjoni tagħna, it-tfittxija, id-disinn u l-iżvilupp, u verżjonijiet ġodda. Biex tistaqsi mistoqsijiet jew tħalli r-rispons tiegħek, uża l-paġna ta' diskussjoni fuq il-prototipi. Biex tindirizza suġġetti partikulari, jekk jogħġbok uża l-paġni ta' diskussjoni assoċjati. Jekk issib xi żbalji, ħalli l-kummenti tiegħek fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-verżjonijiet Babaco jew agħmel użu minn Bugzilla.

Grazzi u nisperaw li nisimgħu mingħandek!