MediaWiki:Prefswitch-main/mt

From translatewiki.net

Ħdimna ħafna sabiex nagħmlu l-affarijiet iktar faċli għall-utenti tagħna. Ninsabu entużjasti li naqsmu magħkom xi titjib li sar, fosthom aspett grafiku ġdid u funzjonijiet tal-immodifikar simplifikati. It-titjib fl-użabilità tal-proġetti tagħna hija prijorità tal-Fondazzjoni Wikimedia u fil-ġejjieni sejrin naqsmu magħkom aktar aġġornamenti. Għal aktar dettalji, żur il-post relatata fuq il-blogg tal-Wikimedia.

Screenshot tan-navigazzjoni l-ġdida
Screenshot tan-navigazzjoni l-ġdida
Screenshot tal-kaxxa tal-għodda mtejba
Screenshot tal-kaxxa tal-għodda mtejba
Screenshot tat-twieqi l-ġodda ta' djalogu għall-ġenerazzjoni tal-kontenut
Screenshot tat-twieqi l-ġodda ta' djalogu għall-ġenerazzjoni tal-kontenut

Dan hu dak li biddilna

  • Navigazzjoni: Tejjibna s-sistema ta' navigazzjoni għall-qari u l-immodifikar ta' paġni. Issa, il-kaxex fin-naħa ta' fuq ta' kull paġna juruk biċ-ċar jekk intix qed tara l-paġna jew il-paġna ta' diskussjoni, jew jekk intix qiegħed taqra jew timmodifika paġna.
  • Titjib fil-kaxxa tal-għodda tal-immodifikar: Irranġajna l-kaxxa tal-għodda tal-immodifikar biex issir aktar faċli biex tiġi wżata. Issa, li tifformattja l-paġni hu aktar sempliċi u aktar intuwittiv.
  • Proċedura gwidata għall-ħoloq: Strument faċli biex jiġi wżat li jgħinek iżżid ħolqa lejn paġni wiki oħra kif ukoll lejn siti esterni.
  • Titjib fit-tfittxija: Tejjibna s-suġġerimenti tat-tfittxija sabiex iwassluk lejn il-paġna li qiegħed tfittex aktar malajr.
  • Funzjonijiet oħra: Introduċejna wkoll proċedura gwidata għat-tabelli sabiex toħloq tabelli iktar faċli u funzjoni ta' "Fittex u biddel" biex tissimplifika l-immodifikar tal-paġna.
  • Globu tal-puzzle tal-Wikipedija: aġġornajna l-globu tal-puzzle, aqra aktar fuq il-blogg tal-Wikimedia.